“Fi kriżi ta’ korruzzjoni, il-Gvern jigdeb anke lill-marid”

Il-Partit Nazzjonalista qal li “Mgħerreq fi kriżi ta’ korruzzjoni, il-Gvern ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi qiegħed saħansitra jigdeb lill-morda pazjenti.”
Qal li l-ftaħir tal-Gvern quddiem ir-rapport annwali dwar l-Isptar Mater Dei jikkonferma kemm Joseph Muscat jinsab maqtugħ mir-realtà, u mhux talli mhux qed isolvi l-problema kbira ta’ waiting list, iżda talli lanqas biss qed jirrikonoxxiha.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet quddiem l-Isptar Mater Dei, il-kelliema għas-Saħħa Claudette Buttigieg qalet li l-agħar ħaġa li tista’ tagħmel meta tkun fil-poter hi li ma tirrikonoxxix x’inhuma l-problemi li jkollok għax hekk, wisq iktar tista’ ssolvihom.
Min-naħa tagħha, il-kelliema għall-politika soċjali Paula Mifsud Bonnici rreferiet għall-kummenti li għadda s-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija Medika, Martin Balzan, li sostna li l-iktar settur ta’ nies li qed jintlaqtu ħażin mill-waiting list huma dawk l-100,000 persuna li hemm fir-riskju tal-faqar.