Fi ħdan il-Commonwealth se titwaqqaf entità bbażata f’Malta

Waqt il-Commonwealth Business Forum tħabbar li se titwaqqaf entità li se tkun ibbażata f’Malta.
Il-Commonwealth Healthcare Business Group se jkollu l-iskop li jgħaqqad lis-setturi pubbliċi, privati u volontarji biex jaħdem mas-Segretarjat tal-Commmonwealth u mal-gvernijiet tat-53 pajjiż membru tal-Commonwealth, biex itejbu s-servizzi tagħhom tas-saħħa.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne, laqa’ din l-aħbar u qal li b’hekk il-pajjiżi u l-industrija se jaħdmu flimkien biex jiffaċilitaw l-innovazzjoni, l-iżvilupp u t-taħriġ tal-professjonisti tas-saħħa fi ħdan il-Commonwealth.