Fi ftit tal-jiem oħra l-Parlament Libjan jibda jiltaqa’ f’Bengażi

Il-Parlament Libjan li qed ikollu jiltaqa’ f’Tobruk mistenni li fi żmien għaxart’ ijiem oħra jerġa’ jibda jiltaqa’ f’Bengażi.
Dan hekk kif is-suldati Libjani jkunu ħelsu l-postijiet okkupati mill-gruppi armati f’din il-belt.
Jidher li f’Bengażi, l-Parlament Libjan se jiltaqa’ f’post turistiku qrib l-ajruport ta’ Benina.