Fi Franza: Spara fuq qassis Ortodoss; jaħrab minn fuq il-post

Reuters

Qassis Ortodoss ferut fi sparatura fil-belt ta’ Lyon fi Franza. Sorsi qrib il-pulizija Franċiża qalu li s-suspettat ħarab minn fuq il-post.

Il-Ministeru tal-Intern fuq Twitter qal li kien hemm inċident serju imma ma ta l-ebda dettalji. Żied li l-pulizija kienu fuq il-post u ħeġġeġ lin-nies biex jevitaw din iż-żona.

Rapporti fil-midja qalu li l-isparatura seħħet waqt li l-qassis kien qiegħed jagħlaq il-Knisja.

Sorsi qrib il-pulizija qalu lill-aġenzija tal-aħbarijiet AFP li l-attakkant kien armat b’pistola u ħarab minn fuq il-post.

Il-kamra tal-aħabarijiet tal-BBC qalet li s’issa għadha ma rnexxiliex tivverifika din l-informazzjoni.

Huwa rrappurtat li l-qassis jinsab f’qagħda serja u kien qiegħed qiegħde jiġi ttrattat fuq il-post minabba li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Dan l-attakk huwa t-tieni wieħed din il-ġimgħa. Fid-29 ta’ Ottubru tliet persuni mietu wara attakk li qiegħed jitqies bħala attakk terroristiku.