Fi Franza; pakkett bomba jħalli 8 midruba

Pakkett suspettuż sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża, Lyon. Kawża tal-inċident weġġgħu tmien persuni. Fost il-midruba, hemm tifla ta’ tmien snin. Jidher iżda li l-vittmi ġarrbu ġrieħi ħfief.

Skont ir-rapporti, jidher li l-pakkett tħalla f’kantuniera barra forn minn ċiklist li kien għaddej. President Franċiż Emmanuel Macron iddeskriva l-isplużjoni bħala “attakk”. Iżda l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Il-pulizija Franċiża qalet li l-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5:30pm.