Fi Franza jmutu kważi 1,500 persuna minħabba s-sħana

1,435 persuna matul dan is-sajf mietu fi Franza minħabba l-mewġiet tas-sħana li ħakmu l-pajjiż. Dan qalitu Agnès Buzyn il-Ministru tas-saħħa Franċiż il-Ħadd li għadda fuq l-istazzjon tar-radju France Info u France Inter.

Hija spjegat li 567 persuna mietu wara l-ewwel mewġa ta’ sħana lejn l-aħħar ta’ Ġunju u 868 persuna oħra mietu fit-tieni mewġa ta’ sħana fl-aħħar ta’ Lulju.

Nofs il-persuni li mietu din is-sena kienu anzjani ‘l fuq minn 75 sena, filwaqt li 10 persuni mietu waqt li kienu fuq il-post tax-xogħol.

L-ogħla temperatura rreġistrata fi Franza kienet dik ta’ 46°C fit-28 ta’ Ġunju fix-Xlokk tal-pajjiż.