Fi Franza jingħata vot favur żwieġ bejn koppji gay

L-Assemblea Nazzjonali Franċiża approvat l-iktar artiklu importanti tal-abbozz ta’ liġi li finalment għandu jillegalizza żwieġ bejn koppji tal-istess sess.

B’vot ta’ 249 favur u 97 kontra għal definizzjoni mill-ġdid taż-żwieġ bħala ftehim bejn żewġ persuni u mhux bejn raġel u mara, rapporti qed jgħidu li legalizzazzjoni f’dar-rigward hi mistennija sa nofs dis-sena. Il-President Franċiż Francois Hollande u l-partit soċjalista flimkien max-xellugin li jappoġġjawhom, appoġġjaw il-vot.

Is-suġġett, għal xhur sħaħ, fil-pajjiż qanqal protesti u kontro-protesti. Dan waqt li diversi stħarriġ tal-opinjoni pubblika urew li bejn 55 u 60% tal-poplu Franċiż jappoġġjaw żwieġ bejn koppji gay, anki jekk l-istess stħarriġ juru li huma madwar 50% li japprovaw adozzjoni ta’ tfal minn koppji gay – li proviżjonijiet dwarha huma inklużi wkoll fl-abbozz li ttieħed vot dwaru.

Lura għal Settembru li għadda, il-Kardinal kattoliku Philippe Barbarin, Arċisqof ta’ Lyon, qal li pjani lejn bidla fil-kunċett taż-żwieġ jiftaħ il-bibien beraħ għall-inċest u l-poligamija.

Ħalli l-kumment tiegħek hawn taħt.