Fi Brussell: Tobba u infermiera jintalbu jidħlu għax-xogħol minkejja li pożittivi għal-Covid-19

Fi Brussell diversi tobba u infermiera li huma pożittivi għall-Covid-19 u m’għandhomx sintomi qegħdin jintalbu jidħlu għax-xogħol. Dan minħabba l-fatt li hemm ħafna professjonisti li jinsabu infettati u għandhom is-sintomi tal-Covid-19.

Il-Ministru tas-Saħħa fir-reġjun ta’ Belġju li jitkellmu l-lingwa Franċiża, Christie Morreale qalet li s-sitwazzjoni hija iktar serja minn April li għadda. Hija qalet dan waqt li kienet qiegħda tħabbar il-lockdown parzjali flimkien mal-mexxejja tar-reġjuni oħra. Hija appellat lill-infermiera, l-istudenti u għalliema li jekk għandhom ftit ħin li jistgħu jiddedikaw biex jagħtu s-sapport lil dawk l-aktar li għandhom bżonn, jagħmlu dan.

Iż-żieda fil-każijiet pożittivi fil-Belġju waslet biex l-Awtoritajiet tas-Saħħa ma jibqgħux jagħmlu testijiet lil dawk il-persuni li m’għandhomx sontomi minkejja li dawn setgħu kienu esposti għal nies li għandhom il-virus.