Fi Brussell ħadd mhu jemmen li Muscat baqa’ ggranfat mal-poter – Casa

Joseph Muscat
Malta's Prime Minister Joseph Muscat is seen in a car outside the Office of the Prime Minister at Auberge de Castille in Valletta, Malta, December 4, 2019. REUTERS/Vincent Kessler

Read in English.

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa qal li fi Brussell ħadd ma jista’ jemmen li f’dawn iċ-ċirkostanzi, Joseph Muscat jibqa’ ggranfat mal-poter. Saħaq li kemm fi Brussell kif ukoll f’Malta n-nies jinsabu rrabjati. L-MEP Nazzjonalista qal li l-klikka kriminali tinsab fl-ogħla livelli tal-Gvern Malti.

Casa żied jgħid li l-komunità Maltija fi Brussell se ssemma’ leħinha fi protesta qabel is-summit tal-Kunsill Ewropew nhar il-Ħamis li ġej. Stqarr li hu se jkun wieħed minnhom. Il-protesta se ssir quddiem ir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fl-UE.

Intant, sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt li diversi kapi ta’ stati membri mhumiex komdi bis-sitwazzjoni f’Malta bħalissa u mhumiex ħerqana li jiltaqgħu ma’ Joseph Muscat.

A criminal cabal at the highest levels of the Maltese government has been exposed. People are justifiably…

Posted by David Casa on Monday, December 9, 2019

Il-Ħadd l-1 ta’ Diċembru, f’messaġġ nazzjonali fuq it-televiżjoni, Joseph Muscat ħabbar li se jirriżenja mill-kariga f’Jannar, malli jinħatar mexxej ġdid tal-Partit Laburista. 

L-aħħar ġimgħat kienu ddominati minn protesti kontinwi, isejħu fost l-oħrajn għar-riżenja immedjata ta’ Joseph Muscat minn Prim Ministru.