F’Hong Kong, il-Pulizija tuża’ il-gass tad-dmugħ fuq id-demostranti

F’Hong Kong, il-pulizija tuża’ l-gass tad-dmugħ biex tferrex id-demostranti hekk kif eluf reġgħu niżlu fit-toroq wara waqfien mill-vjolenza.

Il-protesta tal-Ħadd saret fid-distrett ta’ Tsim Tsa Tsui, frekwentat minn ħafna persuni minħabba l-istabilimenti kummerċjali li hemm fl-inħawi.

Id-dimostranti mxew lejn il-konsolat Amerikan b’sens ta’ graditudni wara li l-Gvern Amerikan ta l-appoġġ tiegħu lid-demostrazzjonijiet li ħarbtu r-reġjun fl-aħħar six xhur.