F’Ħal Għaxaq tipparkjax f’dawn it-toroq

Għal nhar il-Ħadd, il-Pulizija qed tavża li dawn it-toroq f’Ħal Għaxaq se jkunu magħluqa għat-traffiku.

  • Triq Santa Marija,
  • Triq Santu Rokku,
  • Vjal il-Labour u
  • Il-Pjazza ta’ Ħal Għaxaq.

L-avviż jidħol fis-seħħ il-Ħadd 11 ta’ Frar mis-6am ‘l quddiem.
Kull karozza li tkun ipparkjata fit-toroq imsemmija se tiġi ttowjata mill-Pulizija.
Il-karnival Għaxqi se jsir bejn il-Ħadd 11 u t-Tlieta 13 ta’ Frar.