Stennija għall-vaċċin tal-influwenza; ittieħdu ‘l fuq minn 100,000 f’ġimgħa

vaccine

F’ġimgħa ngħataw iktar minn 100,000 vaċċin tal-influwenza li bdew jingħataw b’xejn minn diversi ċentri madwar Malta u Għawdex.

Fuq il-paġna ta’ Facebook saħħa ħabbru li l-vaċċin se jkompli jingħata b’xejn fil-jiem li ġejjin u avżaw lill-pubbliku sabiex isegwu l-avviżi tal-Awtoritjiet tas-Saħħa u l-paġna ta’ Facebook saħħa.

Dan fisser rekord assolut ta’ persuni li rċevew il-vaċċin tal-influwenza fl-aħħar snin.

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li kull jum se jkunu qed jaslu 15,000 vaċċin għall-influwenza kull jum biex ikun hawn 200,000 doża.