F’għaxar snin irduppjaw in-numru ta’ kumpanniji rreġistrati f’Malta

F’għaxar snin irduppjaw in-numru ta’ kumpanniji rreġistrati f’Malta.
Dan joħroġ minn ċifri ppubbliati fil-Parlament mill-Ministru għall-Finanzi Edward Sciluna fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech.
Iċ-ċifri juru li fl-aħħar tal-2015 kien hemm 55,658 kumpannija rreġistrati. Fl-aħħar tal-2005 in-numru ta’ kumpanniji rreġistrati kienu 28,587.
Matul l-2015 kienu rreġistrati bħala medja 11-il kumpannija kuljum għal total ta' 4,035 kumpannija – l-għola żieda rreġistrata madwar il-perijodu msemmi.