S’issa fid-Djoċesi ta’ Għawdex inġabret is-somma ta’ €35,971 sabiex jinxtara ventilator fiż-żmien meta dan jista’ jkun tant bżonnjuż b’rabta mal-imxija tal-coronavirus.
Is-Segretarju Pastorali tad-Djoċesi, Dun Daniel Sultana, ħabbar dan waqt il-Quddiesa ‘In Coena Domini’ li ġiet iċċelebrata lbieraħ f’jum Ħamis ix-Xirka mill-Isqof Mario Grech fil-Katidral ta’ Għawdex.
Fejn is-soltu, fil-jum ta’ Ħamis ix-Xirka, is-saċerdoti fid-Djoċesi jagħmlu ġabra li tgħin is-sosteniment tagħhom, din is-sena, wara s-sejħa tal-Isqof Grech, is-saċerdoti għażlu li minflok il-ġabra ssir għalihom jagħtu offerta biex ikunu ta’ servizz għall-poplu u jinxtara ventilator għall-bżonnijiet tal-poplu.
Il-Knisja f’Għawdex kompliet tħeġġeġ li l-pubbliku jikkontribwixxi għal din il-kawża. Qalet li dawk li jixtiequ jgħinu, huma mħeġġa jagħmlu l-għotjiet tagħhom permezz ta’ dawn il-modi:
1. Jiddepożitaw l-għotja tagħhom f’dan il-kont bankarju permezz ta’online banking jew permezz ta’Revolut:
- Isem tal-kont: COVID 19
- Numru tal-kont: 35452320032
- IBAN: MT91APSB77013000000035452320032
- Swift Code: APSBMTMT
2. Iċemplu wieħed minn dawn in-numri:
- 51502095 – €5
- 51602017 – €10
- 51002021 – €20
- 51902087 – €50
3. Iħallu l-għotja tagħhom mal-Kappillani tal-Parroċċi jew mar-Retturi tal-Knejjes.