F’Għawdex 6 każijiet ta’ coronavirus

Beppe Galea

Read in English.

Mill-213-il każ ikkonfermati mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, sa issa hemm 6 każijiet ta’ persuni bil-coronavirus f’Għawdex. Dan ġie kkonfermat mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri li ma’ Newsbook.com.mt ikkonferma dawn il-każijiet.

Newsbook.com.mt aktar kmieni staqsa direttament lill-Professur Charmaine Gauci dwar il-każijiet f’Għawdex iżda naqset milli tagħti tweġiba.

Għadd ta’ persuni jinsabu mħassba kif l-awtoritajiet mhux qiegħdin jagħtu informazzjoni speċifika dwar Għawdex. Dan minħabba li Għawdex għandu sfidi differenti fosthom ta’ aċessibiltà u sptar immexxi mill-privat.

Intant, aktar mistoqsijiet inbagħtu lill-awtoritajiet:

  • Kemm saru testijiet f’Għawdex sa issa?
  • Fejn qed jinżammu l-pazjenti li t-test tagħhom ħareġ pożittiv? Ittieħdu Malta / L-isptar ta’ Għawdex / residenza privata?
Konferenza tal-Aħbarijiet tas-Sibt
Filmat: 11-il każ ġdid ta’ coronavirus ġodda