F’filmat, l-ISIS jisparaw 5 irġiel akkużati li kienu spjuni għall-Ingilterra

F’filmat ġdid allegatament ippubblikat mill-Istat Iżlamiku, ġiħadisti tal-ISIS isejħu lill-Prim Ministru Ingliż David Cameron “imbeċilli”, qabel ma jisparaw lil ħamest irġiel akkużati li kienu spjuni għall-Ingliżi fis-Sirja.
Il-filmat allegatament inġibed f’Raqqa, li hu l-kapital tal-ġiħadisti Iżlamiċi ISIS.
Jibda b’żagħżugħ Ingliż b’aċċent Ingliż jhedded li se jsiru attakki terroristiċi fl-Ingilterra. Il-filmat hu twil għaxar minuti u jinkludi l-qtil tal-ħamest irġiel, li kienu libsin il-boilersuit oranġjo.
Iż-żagħżugħ li wassal il-messaġġ ingħata l-isem ta’ “Il-Jihadi John il-ġdid”.