F’Exeter; ħa n-nar hu minflok is-sinagoga li pprova jaħraq

PA: Press Association

Raġel li jemmen fis-supremazija tal-karnaġġjon abjad ħaraq lilu nnifsu wara li pprova jaħraq sinagoga f’Exeter fl-Ingilterra. It-terrorist Tristan Morgan ta’ 52 sena spiċċa ħa n-nar meta fjamma telgħat għal xagħru wara li ferra’ l-petrol mal-ħitan tas-sinagoga.

L-att ta’ Morgan ġie rrekordjat minn tieqa fl-istess sinagoga u minkejja l-fatt li ġismu ħa n-nar, hu deher miexi ‘l hemm mis-sinagoga b’mod kalm. Dan il-post ta’ qima kien wieħed mill-eqdem sinagogi fl-Ingilterra.

Morgan ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Hu ngħata ordni ta’ notifika terroristika ta’ għaxar snin. Dan ifisser li se jkun suġġett ta’ monitoraġġ fit-tul mill-pulizija Ingliża.