Festival tan-Nar u l-itwal Cassata Siciliana f’Buġibba u l-Qawra

Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja f’Buġibba u l-Qawra se jittella’ l-Festival tan-Nar bil-parteċipazzjoni ta’ erba’ kmamar tan-nar f’Malta u r-rebbiegħ tal-edizzjoni tas-sena li għaddiet.
Il-festival se jkun jinkludi wkoll mużika, żfin,  logħob għat-tfal u l-itwal Cassata Siciliana.
L-attività se ssir nhar is-Sibt li ġej mis-6pm ‘il quddiem minn Dawret il-Gżejjer sa Triq it-Trunċiera kif ukoll fil-Pjazza tal-Akkwarju Nazzjonali.
Il-Malta Records se tipparteċipa bl-itwal Cassata Siciliana, li se tkun twila 650 pied.
Dan il-festival qed jiġi organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar bil-kollaborazzjoni tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u The Malta Records.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel lill-Kunsill Lokali fuq 79497900.