Festival tan-nar għad-dilettanti kollha tan-naħa t’isfel

Is-6 ta’ Mejju żgur hi data li fiha d-dilettanti tan-nar mhu se jippreparaw xejn ħlief dak kollu li għandu x’jaqsam mad-delizzju tan-nar. Fost il-kmamar li se jieħdu sehem fil-Festa ta’ Nar Tradizzjonali Malti hemm l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju l-Imqabba.
Fost oħrajn, se jkun hemm 20 kamra tan-nar oħra min-naħa t’isfel ta’ Malta li se tipparteċipa f’dil-festa ta’ kuluri fis-smewwiet.
L-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju se tkun qiegħda tippreżenta xogħol pirotekniku tal-ajru li jikkonsisti minn diversi blalen, sfejjer, murtali tal-beraq u tal-kulur u kif ukoll logħob tan-nar tal-art.
Dan il-festival hu organizzat mir-Reġjun Nofsinhar, b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u s-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali.
L-attività tibda fid-9pm fil-bypass tal-Qrendi.
Fir-ritratt: Xogħol pirotekniku tal-Madonna tal-Ġilju l-Imqabba