Festival taċ-Ċikkulata 2018

Nhar is-Sibt 27 ta’ Ottubru il-Kunsill Lokali Ħamrun ha jerga jorganizza il- ‘Festival taċ-Ċikkulata’ fi  Triq il-Kbira San Ġużepp u fi toroq tal-madwar fil-Ħamrun, Dan il-Festival li kull sena qieghed jikber kemm fl-attendenza u fil-livel ha jkun l-ghaxar wiehed u jibda mis-7 ta’ filghaxija il-quddiem,

Bla dubju dan hu wiehed mil-akbar l-Festival li jsiru f’pajjizina, fejn jigu wkoll bosta turisti sabiex jaraw xoghol mil-isbah bic-cikkulata ta wiehed mill-aqwa master chocolaiter fid-dinja s-Sur Andrew Farrugia.

Ma jonqsux l-attrazzjonijiet kbar li jsiru kull sena bic-cikkulata fejn wara xoghol mil-isbah u dettaljat b’tema ta’ arloggi min kull epoka maghmula mic-cukulata tas-sena l-ohra, din is-sena it-tema ha tkun karratri tal-cartons bic-cikkulata. Din ha tohloq interss kbir hekk kif ha jkun hemm xena kbira  bic-cikkulata ta’ the beauty and the beast. Zgur li kull min ha jattendi kemm kbar u kemm tfal ha jiehdu gost jaraw din ix-xena unika u jidhlu fil-fantazija ta din il-legenda.

Is-Sindku Tal-Hamrun Christian Sammut qal li dan ha jkun l-ikbar Festival li qatt sar fejn ghal-sena ohra regat saret hidma sabiex dan il-Festival jikber u jkompli jinata atmosfera isbah u b’ideat ferm innovattivi u b’attrazzjonijiet unici. Fil-fatt ha jkun hemm diversi attrazzjoni bic-cikkulata matul it-toroq kollha li jinkludu pittura tac-cikkulata fuq it-tila, tatwagg bic-cikkulata, skulturi tac-cikkulata, body paiting bic-cikkulata, l-istorja tac-cikkulata, l-istorja tac-cikkulata mill-Istitut ghall-Istudji Turistici, tpingijiet bic-cikkulata u kompetizzjoniet.

Matul dan il-Festival, apparti diversi stands bic-cikkulata wiehed jista jsib ukoll,l-aqwa talent muzikali f’pajjizna. Filfatt ha jiehdu sehem il-baned Hamrunizi u l-orchestra tal-junior college b kuncerti madwar it-toroq, il-banda tal-scouts kif ukoll bosta kantani lokali. Palk minhom ha jkun id-dedikat biss ghal-talent Hamruniz. Aktar min hekk ha jkun hemm 3 wirjiet , mixjiet kulturali, drama u attrazzjonijiet ohra biex nuru l-kultura lokali.

Dan il-festival huwa vetrina għat-talent malti, fejn jagħti l-opportunita’ lill-artisti, anke dawk żgħażagħ jesponu t-talenti tagħhom b’kull tip.

Dan l-avveniment qed jiġi organizzat bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru ghat-Turizmu u l-Ministeru ghall-Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Valletta 2018, bl-ghajnuna tal-ghaqdiet Hamrunizi, settur tan-negozju u residenti li kulhadd bil-mod tieghu jghin biex nohorgu l-aqwa ta’ dak li kapaci jofri l-Hamrun.

Ghal dan l-festivals ha jkun hem bosta postijiet ta parking, Il-Parking tal-Kunsill Lokali Hamrun, Il-Parking ta Daniels Shopping Arcade u Parking fl-iskola Sekondarja x Maria Regina hdejn il-Victor Tedesco Stadium.

Bhal kull sena il-Festival tac-Cikkulata se jkun il-festival tad-dnubiet helwin… bit-toghmiet sensazzjonali li ser joffru dawk armati bi stands ta’ ikel u helu bbazat dejjem fuq ic-cikkulata. Ghalhekk nhar is-Sibt 27 t’Ottubru mis 7 ta’ filghaxija l-quddiem ejjew il-Hamrun u gawdu min atmosphera unika.