Festin għall-ixjeħ qattus fid-dinja

F’għeluq l-20 sena tagħha Michelle Foster iddeċidiet li ġġib qattus u trabbih. Qatt ma għaddielha minn moħħha 30 sena wara se tkun qed tagħmel festin beix tiċċelebra għeluq sninu.

Rubble… 30 sena ilu!

Iva! Rubble għandu 30 sena u huwa kkunsidrat bħala l-ixjeħ qattus fid-dinja.

Rigal tassew li setgħet tgħożż f’kull ġurnata tul dawn it-30 sena. Tiddeskrivi lil Rubble bħala qattus li jaf iħobb u li huwa wkoll leali! Temmen li hu għex daqshekk għax tul is-snin kien imfissed u trattatu daqs li kieku kien binha.

Saħħet il-qattus hi tajba iżda għandu wkoll pressjoni għolja, li għaliha qed jingħata kura medika.

Meta staqsew lil Michelle jekk tikkunsidrax iddaħħal lil Rubble fil-Guiness World Records, il-mara wieġbet li din mhux xi ħaġa li hi wisq ħerqana għax la darba jitniżżel fir-rekords, ħafna jkunu jridu jarawh u joqgħodu jieħdu r-ritratti miegħu.

“Rubble issa kiber fl-età u nixtiequ li jgħix iż-żmien li fadallu fil-paċi,” qalet il-mara.

S’issa ir-rekord qiegħed għand Cream Puff, qattus li għex 38 sena u 3 ijiem.

Ovvjament ħadd ma jista’ jgħid kemm dan Rubble se jibqa’ jgħix iżda bla dubju li Michelle se tkompli tfissdu. Kien għalhekk li f’għeluq it-30 sena tiegħu Michelle organizzat ukoll festin biex tiċċeelbra dan il-jum speċjali ma’ Rubble.

Kont taf li…

Qattus domestikat normalment igħix bejn il-25 u l-20 sena waqt li l-qtates ta’ barra jgħixu bejn sentejn u 9 snin.