​“Festi aċċessibbli għal kulħadd” – Agius Decelis

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità  Anthony Agius Decelis qal li l-Gvern qed jalloka total ta’ €20 miljun għas-settur tal-persuni b’diżabilità.  
Tkellem dwar il-fond għall-“festi aċċessibbli” li permezz tiegħu, il-każini tal-baned se jkunu jistgħu japplikaw biex il-festi tradizzjonali jkunu aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità u l-anzjani.  
Semma l-kumpless Vajrita li jservi bħala Dar Residenzjali u Ċentru Għal Matul il-Jum, fejn qal li dan se jitwaqqa’ u jinbena mill-ġdid bi spiża ta’ kważi €3 miljun. 
Agius Decelis qal ukoll li se jinfetaħ ċentru speċjalizzat magħruf bħala Profound Multiple Learning Disability, li se jkun qed jilqa’ fih 35 persuna b’diżabilità.
Ritratt: DOI – Clifton Fenech