Festa tal-Patrun tal-Abbatini Maltin

L-Għaqda nazzjonali tal-abbatini Maltin se torganizza l-festa ta’ San Tarċisju, Patrun tal-abbatini.
Din il-festa se ssir nhar is-Sibt 11 ta’ Novemberu 2017 fil-Parroċċa tal-Qrendi.
Il-kappillan tal-Parroċċa, Dun Glen Buhagiar, flimkien mal-kunsill parrokkjali u l-għaqda tal-abbatini tal-parroċċa, qegħdin iħejju programm li jinkludi purċissjoni fl-istatwa tal-qaddis mill-knisja tas-Salvatur għall-knisja parrokkjali. Il-purċissjoni tibda fid-9.30am.
Wara jkompli l-programm, b’feature fuq San Tarċisju mħejji mill-abbatini tal-parroċċa. Il-festa tilħaq il-quċċata tagħha bil-Quddiesa kkonċelebrata mill-qassisin diretturi tal-abbatini li jieħdu minn ħafna parroċċi.