Festa ta’ Ġenerożità: Tinqabeż is-somma ta’ €1.36m

Aġġornat 07:44 AM

Read in English.

Inġabru ‘l fuq minn €1.36 miljun waqt il-Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza.

Il-Festa ta’ Ġenerożità bdiet fid-9am b’quddiesa mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-kappella tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.

Fost dawk li ppreżentaw id-donazzjonijiet tagħhom 103 Malta’s Heart, rappreżentat minn Arthur Caruana, ta’ donazzjoni ta’ €12,800 wara LIVE Music Marathon fuq l-istazzjon tar-radju li saret lura fis-6 ta’ Diċembru. Il-maratona kienet twila 30 siegħa u l-pubbliku ġie mħeġġeġ jagħti d-donazzjoni tiegħu lejn din id-Dar.

Matul il-jum kollu fuq il-palk ta’ taħt it-tinda, kien hemm spettaklu ta’ varjetà u intervisti ma’ għadd ta’ personalitajiet li jżuru d-Dar li baqa’ sejjer sa nofsillejl. Taħt it-tinda se jkun hemm ukoll il-voluntiera biex jilqgħu d-donazzjonjiet tal-pubbliku. Kull min żar id-Dar tal-Providenza ngħata rċevuta għad-donazzjoni tiegħu.

F’kummenti ma’ Newsbook.com.mt Fr Martin Micallef qal li bħala proġetti għas-sena li ġejja, hemm il-ftuħ ta’ dar ġdida fil-Komunità tal-Balluta; refurbishment u installazzjoni ta’ lift ġdid f’Dar Żerniq, fis-Siġġiewi; refurbishment tal-erba’ flettijiet f’Villa Papa Giovanni u kors ta’ taħriġ speċjalizzat minn professjonist barrani għall-maniġment u l-ħaddiema dwar “Imġiba Diffiċli”.

Donazzjonijiet jistgħu jsiru fl-istess Dar tal-Providenza jew permezz tat-telefown kif ġej:

Donazzjoni         €10       –     516 02 012

Donazzjoni         €15       –     517 02 013

Donazzjoni         €25       –     518 02 014

SMS Donazzjoni     €7    –     506 18 922