Aġġornata: Festa ta’ Ġenerożità fl-ewwel jum tas-sena

Aġġornata 23:30
Bħalissa għaddejja l-20 edizzjoni tal-Kampanja b’risq id-Dar tal-Providenza bit-tema ‘Festa ta’ Ġenerożità’.
Is-somma miġbura sa issa hija ta' €821,270.
Fost dawk li żaru l-Festa ta’ Ġenerożità fid-Dar tal-Providenza dalgħodu, kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Arċisqof Charles Scicluna.
Għal darb’oħra, RTK4Charity qed jieħu ħsieb jorganizza l-Festa ta’ Ġenerożità.
Għal dawk li ma jistgħux jattendu għall-attivitajiet li qed isiru llum fid-Dar tal-Providenza jistgħu jsegwu xandira diretta fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali kif ukoll fuq Radju RTK.
L-attività bdiet dalgħodu permezz ta’ quddiesa li saret fid-Dar tal-Providenza stess.
Tista’ tagħti d-donazzjoni tiegħek fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi, fl-istudios tal-RTK, il-Blata l-Bajda jew billi ċċempel fuq 5160 2012 (€10), 5170 2013 (€15), 5180 2014 (€25) jew billi tibgħat SMS fuq 5061 8922 (€7).
Għaddej ukoll l-irkant ta’ diversi opri artistiċi minn 75 artist differenti. Tista’ tikseb iktar dettalji dwar dan l-irkant fuq www.dtpauction.com.