Festa ta’ birra f’Ta’ Qali

Is-37 edizzjoni tal-Farsons Beer Festival jibda llejla fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali u jibqa’ għaddej sal-Ħadd 6 ta’ Awwissu.
Tul l-għaxart ijiem il-festival joffri aktar minn 50 birra lokali u internazzjonali, mhux anqas minn 70 artist u wirjiet fuq tliet palki, u żona rinovata b’għażla mifruxa ta’ ikel minn ristoranti popolari.
Il-firxa wiesgħa tinkludi birer lokali bħal Cisk u l-Farsons Classic Brews, birer internazzjonali bħal Carlsberg, Budweiser, Corona u Guinness, birer speciality u artiġjanali bħal St Austell, Leffe, Baladin u aktar, kif ukoll s-sidri Bulmer’s u Strongbow.
Il-programm tal-ewwel weekend:
Il-Ġimgħa, 28 ta’ Lulju 2017
MAIN STAGE: William Mangion & Band, Claudia Faniello
ROCK STAGE: Noogie's Crew, A Broken Design, Xtruppaw
BLUES N BREWS STAGE: Vinyl Paradise, Chris Tanti
Is-Sibt, 29 ta’ Lulju 2017
MAIN STAGE: Roundhouse Kick, The Busker
ROCK STAGE: Cryptic Street, Pyramid Suns, Falcon's Flying Circus
BLUES N BREWS STAGE: Bernie & Pod Trio, Janice Azzopardi
Il-Ħadd, 30 ta’ Lulju 2017
MAIN STAGE: Crosswalk, Stoned
ROCK STAGE: The Velts, Beesqueeze, No Snow No Alps
BLUES N BREWS STAGE: Joe Roscoe, The Plakard Project
Malta Public Transport se tkun qed toffri arranġamenti speċjali għal rotot diretti u tard billejl.
Il-festival jiftaħ fit-8pm kuljum. Id-dħul u parkeġġ huma b’xejn.
Aktar tagħrif hawn.