Festa Scouts f’Ta Qali

L-Assoċjazzjoni tal-Iscouts f'Malta għal darb'oħra qed tiftaħ il-bibien tagħha għall-pubbliku.
Festa Scouts qed tiġi organizzata nhar is-Sibt 31 ta' Ottubru sal-Ħadd l-1 ta' Novembru fil-Park Nazzjonali Ta' Qali.
Madwar 20 grupp tal-iscouts se jkunu qed jorganizzaw aktar minn 30 attivita differenti bil-għan li joffru l-aqwa esperjenza tal-ħajja tal-iscouts f'Malta.
L-attivitajiet jinvolvu sfidi avventurużi, logħob innovattiv u workshops edukattivi.
L-attività se tibda s-Sibt mill-4pm sal-10.30 u tkompli l-Ħadd mid-9am sal-4pm.