“Festa kbira ta’ ringrazzjament lill-Madonna ta’ kulma għamlet magħna” – Ivan Gaffiero

Fl-aħħar sigħat Ivan Gaffiero ħabbar li -Ħamis 13 ta’ Awwissu se ssir quddies u talb ta’ ringrazzjament lill-Madonna ġewwa l-Girgenti fis-Siġġiewi.

“Bil-ferħ kbir inħabbar li l-Kurja ħarġuli l-permess biex nagħmlu quddies mill-isbaħ u talb fil-Girgenti mis-7pm ‘il quddiem. Se tkun festa kbira ta’ ringrazzjament lill-Madonna ta’ kulma għamlet magħna,” qal Ivan Gaffiero.

Dawk kollha li jixtiequ jattendi imma m’għandhomx trasport, huma mitluba jċemplu fuq 99442469. Se jkun hemm vannijiet apposta minn kull raħal.

Dawk li se jattendu bil-trasport tagħhom jistgħu imorru fis 6.30pm. It-talb se jkun qed jibda fis-7pm filwaqt li-Quddiesa mistennija tibda fis-7.30pm.