Festa kbira għal Destiny nhar il-Ħadd f’Birkirkara

Ritratt: Facebook/X FactorMalta

Wara li s-Sibt li għadda rebħet it-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta, nhar il-Ħadd li ġej f’Birkirkara se jkunu qed jiċċelebraw bil-kbir din ir-rebħa.

Destiny u l-familja tagħha jgħixu hemmhekk u bix-xieraq se tkun l-attività li se tkun organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara kif ukoll is-Soċjetajiet Lokali, il-Ministru Edward Zammit Lewis, is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo u l-Kunsill Regjonali.

Jekk interessat li tingħaqad mal-Karkariżi huwa important li tkunu fil-pjazza ta’ Santa Liena nhar il-Ħadd 16 ta’ Frar mill-10am ‘il quddiem.

Permezz tar-rebħa tagħha fl-X Factor, Destiny issa se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fl-ewwel semifinali tal-Eurovision Song Contest ta’ nhar it-Tlieta 12 ta’ Mejju.

Jekk Malta tkun fost l-10 pajjiżi li jgħaddu, Destiny mbagħad tkun qed tieħu sehem fil-finali tal-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li se jsir s-Sibt 16 ta’ Mejju.