Read in English.
Il-Pulizija kkonfermaw li lbieraħ għall-ħabta tat-8.30pm żagħżugħ ta’ 25 sena weġġa’ gravi wara li ġie aggredit minn “xi nies” f’Santa Venera.
Il-vittma huwa minn Bangladesh u mhux mill-Indja dan wara li ħarġet kjarifika mill-Pulizija iktar tard il-Ġimgħa wara nofsinhar. Il-grupp ta’ nies oħra ma ġewx identifikati.
Ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar din l-allegata ġlieda ħlief li saret fi Triq tal-Fawwara f’Santa Venera.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.