Ferrovija taħbat ma’ double-decker – imutu ħamsa

Ħames persuni tilfu ħajjithom f’inċident bejn ferrovija u xarabank double-decker. L-inċident seħħ f’Ottawa, fil-Kanada.

Il-persuni li tilfu ħajjithom f’dan l-inċident, numru li għad irid jiġi kkonfermat, kienu jinsabu kollha fuq id-double-decker. Bl-impatt, il-ferrovija nqalet minn mal-karreġjata, iżda baqgħet wieqfa kif suppost.

Apparti l-imwiet, mas-sitt persuni oħra ndarbu u kellhom jittieħdu l-isptar, bi tlieta minnhom qed isofru minn ġrieħi serji. Fost dawk li tilfu ħajjithom hemm ukoll ix-xufier.