Ferris jgħid li kellu ndħil mill-ministeru ta’ Carmelo Abela

Read in English.

Il-whistleblower tal-aġenzija tal-Gvern ta’ kontra l-ħasil tal-flus (FIAU) Jonathan Ferris qal li meta kien jaħdem bħala pulizija kien hemm xi ħadd mill-ministeru mmexxi minn Carmelo Abela li staqsieh jiżvela informazzjoni sensittiva.

Ferris qal dan fil-Qorti fil-kawża kostituzzjonali li fetaħ kontra l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar fejn qed jakkużah li ttrattah b’deskriminazzjoni.

Bejn Awwissu u Ottubru tal-2016, Ferris kellu għadd ta’ laqgħat mal-Kummissarju Cutajar imma qal li dejjem sab reżistenza għat-talba tiegħu biex jingħata trasferiment lejn il-Ministeru għall-Finanzi. Qatt ma ngħata raġuni għalfejn it-talba tiegħu kienet qed tiġi miċħuda.

Qal li mill-2013, kien hemm 26 uffiċjal ieħor li ngħataw il-permess jagħmlu dan.

Waqt li kien fiż-żmien tal-probation mal-FIAU, Ferris tkeċċa. F’Mejju tal-2017 talab lill-Kummissarju u l-Assistant Kummissarju Mario Spiteri biex jerġa’ jidħol mal-Korp. Qalulu ma kellhiex tkun problema għax kien kiseb riżultati pożittivi meta kien għadu pulizija. Minkejja dan, it-talba tiegħu qatt ma ġiet imwieġba.

Qal li mill-2013, 119 uffiċjali kienu reġgħu ġew ingaġġati.

L-avukati Andrew Borg Cardona, Therese Comodini Cachia, Jasion Azzopardi, u Evelyn Borg Costanzi qed jidhru għal Ferris.

Ksirtli d-drittijiet tiegħi – Ferris lill-Kummissarju