Ferrari tal-1962 titlaq b’ċifra rekord

Ferrari Gto Berlinetta tal-1962 inxtrat waqt irkant f’Kalifornja għas-somma rekord ta’ $38 miljun. 
Sa issa qatt ma kien hemm xi ħadd li xtara karozza li tiswa daqshekk flus. 
Oriġinarjament din il-karozza kienet tas-sewwieq Franċiż Jo Schlesser u bħalha kien hawn biss żewġ mudelli oħra. 
Fuq din il-Ferrari Berlinetta, waqt tellieqa tal-karozzi, miet is-sewwieq Franċiż Henri Oreiller. 
Il-karozza mbagħad għaddiet għand Fabrizio Violati, li kien kollezzjonist kbir tal-Ferrari.