Ferrari tagħlaq il-fabriki fl-Italja

Riżultat tal-kriżi li ġab miegħu l-coronavirus, Ferrari għalqet il-fabriki tal-Formula 1 u tal-karozzi tat-triq li għandha fl-Italja għal ġimgħatejn.

Din hija parti mil-lockdown li bdiet il-ġimgħa li għaddiet madwar l-Italja. Ferrari qalet li d-deċiżjoni ttieħdet għall-benesseri tal-impjegati tagħha.

L-uffiċjal eżekuttiv Louis Camilleri qal li dan sar b’rispett lejn l-impjegati u l-familjari tagħhom u biex iserħulhom rashom.

L-Italja hija l-aktar pajjiż li ntlaqat bl-aħrax fl-Ewropa.