Filmat: Ferneżija ta’ rimi illegali f’Ta’ Qali

F’Ta’ Qali, ftit metri l-bogħod minn fejn eluf ta’ familji nhar ta’ Ħadd jirrekrejaw ruħhom u jagħmlu picnic, hemm medda art, madwar 10,000 m kwadru, madwar għaxart itmien, li intradmu kompletament minn għexieren ta’ tunellati ta’ skart tal-kostruzzjoni. Din l-art, li fis-snin disgħin kienet ingħatat lil Southern Concrete Ltd u li ma kienetx fl-aħjar tagħha, xorta ma kienetx il-ħerba bla rażan li hi llum. Ir-ritratt minn Google Maps, mehud fil-31 ta’ Jannar ta’ din is-sena, juri kif kienet l-art sa ftit xhur ilu. Illum desert ta’ radam.

Din il-ferneżija ta’ rimi llegali ta’ skart tal-kostruzzjoni ksiet mhux biss medda wiesgħa ta’ art imma ukoll parti sew minn dak li fadal mill-binja ta’ Southern Concrete Ltd.

Ġurnalisti ta’ Newsbook.com.mt għamlu l-għassa u, fis-satra tal-lejl, raw trakkijiet ibattlu skart tal-kostruzzjoni u buldowżer jinvella l-art. L-attività bdiet għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija u ssuktat mal-lejl b’ħidma ma taqta’ xejn.

Ara l-istorja sħiħa fil-verżjoni bl-Ingliż.