Fernando Torres se jirtira mill-futbol professjonali

Fernando Torres ħabbar li se jirtira mill-futbol professjonali. L-attakkant Spanjol li lagħab ma’ Atletico Madrid, Liverpool, Chelsea, AC Milan u Sagan Tosu, ikkonferma din l-aħbar fuq Twitter il-Ġimgħa filgħodu.

Hu qal li se jirtira mill-futbol, wara karriera ta’ 18-il sena, permezz ta’ video fuq Twitter. Nhar il-Ħadd se jkun qed jitkellem waqt konferenza stampa ġewwa Tokyo.

Tul il-karriera tiegħu rebaħ iċ-Champions League u l-Europa League darbtejn. Mat-tim nazzjonali Spanjol irnexxielu jirbaħ ukoll it-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonat Ewropew. Fost l-aqwa mumenti fil-karriera tiegħu kien iż-żmien meta kien ma’ Liverpool fejn f’142 logħba rnexxielu jiskurja 81 gowl.