Fernando Alonso jirbaħ il-Le Mans

Fernando Alonso rebaħ il-Le Mans ta’ 24 Siegħa għat-tieni sena konsekuttiva flimkien ma’ sħabu tat-tim Toyota, Sebastien Buemi u Kazuki Nakajima.

It-tim tal-karrozza bin-numru 8, li rebaħ darbtejn il-Kampjonat tal-Formula 1 irnexxielu jikseb l-ewwel post fit-tellieqa siegħa biss mit-tmiem.

Il-karozza bin-numru 7 Kamui Kobayashi u Jose Maria Lopez kienet fuq quddiem tat-tellieqa għall-maġġoranza tal-ħin iżda kellha tieqaf għal xi ħin minħabba żewġ punctures li nqalgħu fl-aħħar ħin.