Fernandes mistenni jagħmel it-test mediku llum

Bruno Fernandes wasal f’Manchester wara li finalment United laħqu qbil ta’ ‘l fuq minn €55 miljun ma’ Sporting Lisbon.

Il-midfielder Portugiż wasal f’Manchester il-bieraħ filgħaxija biex jagħmel it-test mediku wara ġimgħat sħaħ ta’ negozjati. Fernandes deher liebes flokk iswed bi stampa ta’ Homer Simpson f’ritratt li ħa flimkien mal-aġent tiegħu f’ajruplan privat.

Hu ttieħed fil-lukanda The Lowry biex imbagħad illum jagħmel it-test mediku. Aktar kmieni l-bieraħ Manchester United ikkonfermaw li akkwistaw lill-Portugiż.

Jekk jirnexxielho jiffinalizzaw il-kuntratt fil-ħin, Solskjaer jkun jista’ jagħżlu mal-ewwel 18 għal-logħoba tal-weekend.