Fernandes jiskurja l-ewwel gowl tiegħu ma’ United

L-ewwel gowl ta’ Bruno Fernandes ma’ Manchester United witta’ t-triq għal rebħa komda kontra Watford. United li lagħbu f’darhom telgħu fil-ħames post tal-klassifika tal-Premier League.

Fernandes li United xtrawh għal madwar €47 miljun f’Jannar li għadd mingħand Sporting Lisbon, ma falliex milli jiskurja l-penalty. Dan wara li l-gowler ta’ Watford Ben Foster waqqa’ lill-istess Fernandes fil-kaxxa.

United kienu ilhom 236 minuta ma jiskurjaw f’darhom. Dan wara li fallew milli jsibu l-lasta fil-logħob kontra Burnley u Wolves.

Anthony Martial skurja t-tieni gowl u Mason Greenwood li għandu 18-il sena skurja t-tielet wieħed. Wara l-logħba Fernandes qal li kienet il-ħolma tiegħu li jiskurja ġewwa Old Traddord.

Riżultati oħra:

Wolverhampton Wanderers 3-0 Norwich City

Arsenal 3-2 Everton