Ferħ u rieda tajba lill-baħħara fil-jiem tal-Milied

Baħħara jaħdmu anke fi żmien il-Milied

L-Għaqda Kattolika Appostolat tal-Baħar qed tagħmel minn kollox biex matul dawn il-ġranet u l-festi ta’ żmien il-Milied, il-baħħara ma jkunux minsija

Għal miljuni ta’ persuni, l-festi tal-Milied hu żmien fejn il-familji u l-ħbieb jiltaqgħu flimkien jew biex jieklu, jiftħu r-rigali jew imorru l-knisja flimkien.

Imma l-Milied hu żmien ukoll fejn numru ta’ nies ikunu bogħod mill-maħbubin tagħhom u jkunu weħidhom f’dawn il-jiem sbieħ u qaddisa.

Fil-25 ta’ Diċembru – Jum il-Milied – kien hemm madwar miljun persuna jaħdmu fuq il-baħar fuq bastimenti merkantili jew tas-sajd flok ma kienu għas-sħana tad-dar mal-familja.

Kura prattika u pastorali

L-Appostolat tal-Baħar għandu 277 Kappillan fi 334 port differenti mifruxa f’59 pajjiż madwar id-dinja u f’dawn il-jiem ikunu minn ta’ quddiem biex jagħtu għajnuna prattika u pastorali lill-baħħara kollha f’dan l-istaġun ta’ festi.

John Green, Direttur tal-Appostolat qal li  “95 fil-mija tan-negozju tad-dinja jgħaddi minn fuq il-baħar. Jiġifieri ħafna mir-rigali li nirċievu u mill-ikel li nieklu f’dawn il-jiem, jaslu għandna minn fuq il-baħar. Iżda xorta n-nies li jwassluhomlna huma minsija, jaħdmu l-bogħod mill-familji u l-maħbubin tagħhom.

Iżolati fuq il-baħar

Green spjega li minkejja t-teknoloġija moderna, waħda mill-akbar problem li jiffaċċjaw il-baħħara hu l-iżolament u hawn fejn l-aktar li għandhom bżonn l-għajnuna, speċjalment fdan iż-żmien tas-sena. Din l-għajnuna jsibuha mill-kappillani li qegħdin hemm biex ikellmu lill-baħħar u jgħinhom fil-ħtiġijiet tagħhom.

B’ħafna baħħara jafu li f’dawn il-jiem se jkunu qed ibaħħru xi ħaġa li tista’ tgħin ħafna kemm lilhom kif ukoll lill-Kappillani hu t-talb. Hekk kif matul id-dlam tal-lejl ikunu fuq xi bastiment, ikunu ta’ konfort għalihom li jafu li hemm min qed jitlob għalihom.

Żmien li nagħtu

Il-Milied hu żmien li nagħtu u ħafna drabi jagħtu xi ħaġa għall-karità jew lil xi ħadd fil-bżonn. L-Appostolat tal-Baħar hu waħda mill-karitjiet li tirċievi ħafna ġenerożita. “Għandna għajnuna kbira minn pajjiżi madwar id-dinja: parroċċi, skejjel u individwi jibgħatulna affarijiet fosthom ħwejjeġ u oġġetti sanitarji, biex ngħadduhom lill-baħħara”, qal id-Direttur.

Żied jgħid li dawk li jkunu fuq il-baħar qed ikollhom ukoll ir-rieda tajba tan-nies fi żmien il-Milied. U allura, għalkemm il-baħar mhux se jkunu d-dar mal-familja f’dawn il-jiem, għandhom il-ferħ u l-konsolazzjoni li jafu li m’humiex minsija meta jiftħu r-rigali li jlestuhom il-komunitajiet madwar id-dinja, malli jidħlu f’xi port.