Fergħat tal-BOV joffru servizz estiż matul dan is-sajf

Il-Bank of Valletta ħabbar li matul il-perjodu tas-sajf, disa’ fergħat se jkunu miftuħin għall-pubbliku wara l-ħin normali tal-operat, bejn l-4.30pm u s-7pm fi ġranet speċifiċi.
Il-fergħat li se jkunu qed joffru servizz estiż kull nhar t’Erbgħa huma dawk ta’ Marsaskala, u Żebbuġ. Dawk li se jkunu b’ħinijiet estiżi l-Ġimgħa huma l-fergħat tal-Mosta, l-Preluna, Qormi u San Ġiljan. Waqt li l-fergħa tas-Siġġiewi se testendi l-ħinijiet fil-ġurnata tal-Ħamis, dik tal-Gżira se toffri dan is-servizz kemm l-Erbgħa kif ukoll il-Ġimgħa. Kull nhar ta’ Tlieta dan is-servizz estiż se jingħata mill-fergħa taż-Żejtun.
Matul dawn il-ħinijiet itwal tal-operat, il-klijenti huma mistiedna jżuru l-fergħa tagħhom sabiex jistaqsu jew japplikaw għal numru ta’ servizzi fosthom ftuħ ta’ kontijiet ġodda, prodotti ta’ Bancassurance, skemi ta’ investiment kollettiv, self fuq id-djar, self personali, karti ta’ kreditu u debitu, tranżazzjonijiet ta’ stockbroking, ibbankjar bl-internet u bil-mowbajl.
Il-klijenti huma mħeġġa jagħmlu appuntament minn qabel peress li se tingħata preċedenza lil dawk li jkollhom appuntament, b’mod partikolari waqt il-ħin estiż.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt