Fergħa ta’ siġra tolqot mara fuq double decker

Facebook

Mara weġġgħet ħafif f’wiċċha wara li ntlaqtet minn fergħa ta’ siġra waqt li kienet fuq double decker fl-Imdina.

L-inċident li seħħ ilbieraħ reġa’ qanqal il-memorji ta’ dak li seħħ fiż-Żurrieq f’April li għadda, li kien fatali.

Persuna li ttella’ r-ritratt fuq il-midja soċjali stqarr li kien ilu jirrapporta ħmistax dwar il-periklu ta’ din is-siġra. L-istazzjoni nazzjonalil qal li wara dan l-inċident ittieħdet azzjoni minnufih u s-siġra nżabret.