Fergħa ta’ siġra tagħlaq triq f’Birkirkara

Fergħa minn siġra waqgħet għal fi Triq il-Wied f’Birkirkara, u l-karozzi qed ikunu avżati biex isibu triq oħra, miż-żewġ naħat.
Il-Pulizija qalet b’messaġġ fuq il-paġna tal-Facebook tagħha li bħalissa membri tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fi triqthom biex ineħħu dan l-ingombru.