Ferdinand jgħid li għandu jitħassar l-istaġun tal-Premier League

Rio Ferdinand irid li l-istaġun ta’ din is-sena tal-Premier League jitħassar jekk ma tinstabx soluzzjoni fi żmien ftit ġimgħat. Il-logħob kollha ġie sospiż għat-30 ta’ April minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Il-vajrus infetta aktar minn 600,000 persuna madwar id-dinja.

Liverpool qegħdin fi triqthom biex jirbħu l-istaġun wara 30 sena. S’issa qegħdin fil-quċċata tal-klassifika b’25 punt distakk minn Manchester City li qegħdin fit-tieni post. Il-leġġenda ta’ Manchester United Ferfinand jemmen li l-istaġun għandu jitħassar u titpoġġa fuq quddiem is-sigurtà u s-saħħa tal-partitarji.

L-eks difensur tat-tim nazzjonali Ingliż, li rebaħ it-titlu tal-Premier League għal sitt darbiet ma’ Manchester United, insista li ma tistax tissodisfa lil kulħadd f’din is-sitwazzjoni li ma kinitx mistennija.