Read in English.
Missier ta’ żewġt itfal miż-Żurrieq ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li weġġa’ ħafif lil martu u kkaġunalha biża’ waqt argument li seħħ fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu.
L-avukat difensur saħqet li dan l-inċident kien wieħed iżolat u seħħ wara diżgwit li nqala’ bejn il-familji tal-koppja. Hija talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat.
Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest lir-raġel bil-kundizzjoni li jmur jgħix mal-ġenituri tiegħu sakemm ikomli jinstema’ l-każ u jiffirma l-għassa tal-Pulizija. Il-Qorti ordnat protezzjoni fuq l-allegata vittma fuq talba tal-prosekuzzjoni.