FELTOM tqis il-Baġit 2021 bħala pożittiv

Il-Federazzjoni ta’ l-Iskejjel li jgħallmu l-Ingliż f’Malta (FELTOM) laqgħet il-miżuri li għadhom kemm tħabbru fil-Baġit 2021  bħala pass fid-direzzjoni t-tajba li mistennija jgħinu lill-operaturi f’dan is-settur tant fraġli jtaffu ftit mid-diffikultajiet tax-xhur ligħaddew u dawk li għadhom ġejjin.

Il-FELTOM qalet li l-estensjoni tal-wage supplement sa Marzu 2021 nħabbra waqt il-Budget 2021 se tiżgura l-inqas telf possibbli ta’ impjegati, filwaqt li d-differiment tal-ħlas ta’ taxxa sa Marzu li jmiss, għandu jgħin lill-organiżżazzjonijiet membri tagħna ikollhom cash flow aktar b’saħħitha.

FELTOM laqgħet ukoll l-aħbar ta’ pakkett ta’ inċentivi sabiex tkompli ssir promozzjoni għal Malta bħala destinazzjoni turistika.