FELTOM tilqa’ l-ftehim ma’ Cambridge English għat-titjib tal-Ingliż

Il-federazzjoni Maltija li tiġbor l-organizzazzjonijiet li jgħallmu l-Ingliż (FELTOM), laqgħet il-ftehim  milħuq mill-Gvern u Cambridge English dwar it-titjib tat-tagħlim tal-Ingliż f’Malta u tenniet l-appoġġ tagħha lill-Gvern għat-titjib tal-Ingliż fl-iskejjel.
Il-federazzjoni tenniet li livell għoli ħafna tal-Ingliż f’Malta, miktub u mitkellem, jgħin fit-turiżmu, fis-servizzi finanzjarji u fis-setturi ta’ negozju u investiment b’mod ġenerali u li mhux dejjem jingħata l-importanza meħtieġa.
Spjegat li bħala federazzjoni, tassigura livelli għoljin u l-iskejjel membri tagħha jinvestu, b’mod kontinwu, fl-aqwa għalliema u f’sistemi ta’ tagħlim u akkreditazzjoni.
Fakkret li 85% ta’ dawk li jżuru Malta għat-tagħlim tal-Ingliż, jattendu fi skola membru tal-FELTOM li s-sena li għaddiet fissru 77,550 student. Qalet ukoll li s-settur qed jimpjega 2,300 ħaddiem minbarra 1,000 familja b’liċenzja iex tospita lill-istudenti f’darha. Tenniet li jekk Malta trid tara s-settur jikber, il-livell ta’ Ingliż irid jinżamm u jitjieb.