Felix Busuttil jingħaqad fil-ġirja għas-siġġu ta’ Miriam Dalli

Read in English.

Il-kandidat Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Felix Busuttil ingħaqad fil-ġirja għas-siġġu ta’ Miriam Dalli hekk kif xeħet in-nomina tiegħu fl-elezzjoni każwali għas-siġġu vakanti fil-Parlament Ewropew.

Miriam Dalli rriżenjat mill-Parlament Ewropew biex saret Membru Parlamentari fil-Kamra tar-Rappreżentanti Maltija.

Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li fir-raba’ jum li fih kienet qed tilqa’ n-nomini rċeviet nomina waħda, dik ta’ Felix Busuttil.

Minbarra Busuttil, Lorna Vassallo, Cyrus Engerer u Robert Micallef issottomettaw in-nomina tagħhom fil-jiem li għaddew.