Fekruna tinqatel wara daqqa ta’ dgħajsa fil-Mellieħa

Il-Professur Alan Deidun tella’ ritratti fuq Facebook li juru fekruna li nqatlet kawża ta’ daqqa ta’ skrun ta’ dgħajsa fil-Mellieħa.

Skont Deidun, il-każ seħħ fi Slugs Bay u kien jinvolvi fekruna ħadra. Hu rringrazzja lil Ryan Curmi li sejjaħ lill-Marine Rescue Team ta’ Nature Trust li marru fuq il-post immedjatament.

Deidun sostna li l-baħar qed isir wisq iffullat u hemm bżonn li kulħadd iġib ruħu b’mod aktar responsabbli.