Fekruna tinqatel f’hit and run minn dgħajsa

Nature Trust Malta

Fekruna femminili li għandha madwar 17-il sena nstabet mejta ‘l barra mill-kosta ta’ Tas-Sliema wara li jidher li ntlaqtet minn dgħajsa.

Fuq Facebook, Nature Trust Malta qalet li l-fekruna ddaħħlet f’San Ġiljan mit-Taqsima Marittima ta’ Transport Malta. Id-dgħajsa li laqtet il-fekruna kissritilha daharha. L-għaqda appellat lis-sidien tad-dgħajjes biex joqgħodu attenti.

A dead female loggerhead turtle was found off the coast of Sliema by Transport Malta Maritime Section and brought in to…

Posted by Nature Trust – FEE Malta on Sunday, August 26, 2018

Fit-22 ta’ Awwissu faqqsu numru ta’ fkieren fil-Ġnejna.